Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Malta taċċetta li tieħu wħud mill-450 immigrant fl-ibħra Taljani

Matteo Salvini ibidlilhom id-dgħajsa imma jinsisti li ma jdaħħalhomx fil-portijiet Taljani, anke jekk jinsabu f'ibħra Taljani...

Albert Gauci Cunningham / 14 ta' Lulju 2018 19:46
Il-Ministru tal-Intern Taljan  Matteo Salvini jibqa' detereminat li l-450 immigrant fuq dgħajsa ma jidħlux fil-portijiet Taljani. L-aħbar ta' dgħajsa b'mijiet ta' immigranti fil-Mediterran, fl-ibħra Maltin, ħarġet ilbieraħ, biex ftit wara rriżulta li d-dgħajsa kienet daħlet fl-ibħra Taljani. 

Rapporti qed jgħidu illi l-Italja trasferiet dawn l-immigranti minn dgħajsa tas-sajd għal żewġ dgħajjes użati għar-rondi madwar il-Mediterran, imma Salvini xorta m'aċċettatomx fil-pajjiż. 

Minflok Salvini qed jinsisti li dawn jinġiebu Malta jew inkella jittieħdu lura l-Libja, minn fejn telqu. 

Il-Gvern Malti qed isostni li f'kuntatt ma' dawk fuq id-dgħajsa bl-immigranti intqal li d-destinazzjoni tal-immigranti hija Lampedusa (l-Italja), mhux pajjiżna. Intant il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li Malta se tilqa' t-talba tal-Italja u flimkien ma' pajjiżi oħrajn taċċetta numru ta' immigranti minn dawn l-450.

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook