Il-Qorti titlob lill-Maġistrat Mizzi 'jagħmel l-wisa' fl-appell dwar il-Panama Papers

Il-Maġistrat Zammit Mackeon jilqa' t-talba tad-Deputat tal-PN Simon Busuttil....

Il-Maġistrat Antonio Mizzi
Il-Maġistrat Antonio Mizzi

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex il-każ ta' appell li jinvolvi l-Panama Papers ma jinstemax quddiem il-Maġistrat Antonio Mizzi, minħabba li dan jiġi ir-raġel tal-MEP Laburista Marlene Mizzi. Busuttil qal li dan jista’ jammonta għall-kunflitt ta’ interess.

Il-Maġistrat Mizzi kellu jisma, l-Appell tal-Prim Minstru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri, l-Ministru Konrad Mizzi, flimkien ma’ Brian Tonna, Karl Cini, Malcolm Scerri u Adrian Hillman, kontra deċiżjoni biex tinfetaħ inkjesta fi-rigward tagħhom dwar ftuħ ta' kontijiet fil-Panama.

Dan ifisser illi issa se jkollu jintagħżel Maġistrat ieħor biex jisma’ l-appell tal-PM Muscat u l-persuni l-oħrajn.

Wara li sema' liż-żewġ naħat il-Maġistrat Joseph Zammit Mackeon iddeċieda li huwa "ċar kristall illi l-Maġistrat Mizzi għandu jagħmel il-wisa', jekk xejn għall-intreressi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u biex ma jkun hemm ebda dubju fuq id-deċiżjoni (tal-Qorti)..."

More in Politika