Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Godfrey Farrugia jinsisti li t-tisħih taż-żagħżagħ Ewropej huwa ċ-ċavetta għal Ewropa ta’ suċċess

Id-Deputat tal-PD jikteb u jmexxi 'l quddiem riżoluzzjoni tal-Parlament Malti fl-Assemblea Parlamentari tal-OSCE

Albert Gauci Cunningham / 11 ta' Lulju 2018 11:04
Id-Deputat tal-PD Godfrey Farrugia
Godfrey Farrugia, wieħed mill-MP tal-Partit Demokratiku, kiteb u ppromova riżoluzzjoni tal-Parlament Malti fl-Assemblea Parlamentari tal-OSCE (Organization for Security and Co-operation in Europe). Din ir-riżoluzzjoni, intitolata “A Shared Priority: Fostering Peace and Security through enabling Young People to reach their Full Potential”, ġiet mressqa 'l quddiem mid-29 delegazzjoni Parlamentari u ġiet approvata mill-Kumitat Ġenerali tal-Affarijiet Ekonomiċi, Xjenza, Teknoloġija u Ambjent b’36 vot favur, xejn kontra, u tliet astenzjonijiet.

Din ir-riżoluzzjoni tħeġġeġ lis-57 stat parteċipant fl-OSCE biex jikkommettu rwieħhom li jinvolvu ż-żgħażagħ fid-deċiżjonijiet meħuda, u fi żvilupp sostenibbli għall-ġid tas-soċjetà. Ir-riżoluzzjoni ssejjaħ ukoll lill-OSCE biex tiġġenera serħan il-moħħ u taħdem biex l-Ewropa ssir post aktar sikur.

Ir-riżoluzzjoni tidentifika l-isfidi fl-iżvilupp li qed jiffaċċaw iż-żgħażagħ illum, u tirrakkomanda kif jistgħu jikkontribwixxu fuq livelli reġjonali, nazzjonali, u internazzjonali. Dawn l-istrateġiji jimmiraw li jagħtu poteri liż-żgħażagħ u jiggarantulhom dinjità, libertà, ġustizzja soċjali, solidarjetà u ekwità.

Il-Partit Demokratiku, fui stqarrija qal li huwa kburi li jagħmel suċċess għal Malta barra minn xtutna, kburi li juri t-triq, kburi li jipparteċipa b’mod kostruttiv ma’ korpi kostitwiti internazzjonali u Ewropej, u jaħdem biex Malta jkollha success mhux għax induru mar-regoli, b’opportuniżmu u ħniżrija, imma b’kooperazzjoni u diskussjoni kif xieraq.

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook