Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-'koħħu', l-'fulu' u ċ-'ċiniż' ma jingħatawx ħelsien mill-arrest

....il-Qorti tgħid li ħelsien mill-arrest ma ngħatax biex tkun protetta s-soċjetà...

Albert Gauci Cunningham / 11 ta' Lulju 2018 10:53
Ritratt James Bianchi
Il-Qorti reġgħet, għat-tieni darba, ċaħdet il-ħelsien mill-arrest ta' Alfred Degiorgio (il-Fulu), George Degiorgio (iċ-Ċiniż) u Vince Muscat (il-Koħħu). Dawn it-tlieta qed ikunu akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, maqtula f'karozza bomba lura fis-16 ta' Ottubru 2017. 

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit iddeċidiet li l-irġiel għandhom jinżammu taħt arrest. 

Il-qorti fakkret fir-rekord kriminali tal-irġiel, u qalet illi huma kienu kkundannati għal diversi offiżi fil-passat. Il-Maġistrat fakkret ukoll li dan juri li dawn ma jkollhom ebda skrupli li "jerġħu jiżbaljaw u jiksru l-liġi jekk ikollhom l-opportunità."

Il-Maġistrat qalet illi l-att tal-qtil ta' Caruana Galizia "kien ferm disturbanti u jista' jikkumpara tajjeb mal-eżekuzzjoni ta' atti mafjużi....din il-Qort tħoss li għandha tipproteġi is-soċjetà b'mod ġenerali..". 

Fid-dawl ta' dan Stafrace Zammit ma tatx lit-tliet akkużati ħelsien mill-arrest.  





 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook