Biljetti tal-ajru b'xejn għal kull min ikollu bżonn kura barra minn Malta

Sax-xahar li għadda adulti li ma jkunux għaddew mill-means test, kellhom sax-xahar li għadda, iħallsu minn buthom għat-titjira

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mill-bidu ta' dan ix-xahar il-pazjenti kollha li jkollhom bżonn trattament mediku barra l-pajjiż se jibdew jingħataw l-biljetti tal-ajru b’xejn.

Fi stqarrija, il-Ministru Fearne qal li sa issa, adulti li ma jkunux għaddew mill-means test, kellhom sax-xahar li għadda, iħallsu minn buthom għat-titjira.

“Din hija wegħda oħra mniżżla fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li ġiet mwettqa," komla d-Deputat Prim Ministru. "Nifhmu li persuna li jkun intbgħat għall-kura barra l-pajjiż jkun f’mument delikat ħafna u li wieħed m’għandux ikompli jżid mal-istress li pazjent jkun għaddej minnu." 

Mnħabba f'hekk, il-budget għal trattament barra l-pajjiż żdied bi kwart ta’ miljun ewro.

Il-Ministeru fakkar ukoll li mill-2014 lil hawn, il-Gvern qed iħallas il-passaġġi ta' żewġ ġenituri għal dawk it-tfal li jkollhom bżonn trattament qabel il-pajjiż, apparti li mill-2013 żdiedu wkoll sostanzjalment il-konsulenti li jinġiebu Malta biex jara pazjenti f’pajjiżna minflok huma stess imorru barra.

More in Politika