Pulizija jintlaqat minn vettura fil-Marsa

Jidher li l-pulizija kien qed jidderieġi traffiku meta ntlaqat mis-sewwieq

Pulizija ddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza viċin iċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma' dan is-sit li jidher li l-inċident kien wieħed aċċidentali u ma jidhirx li s-sewwieq saq apposta għal fuq il-pulizija.

Il-pulizija kien qed jidderieġi traffiku meta ntlaqat mis-sewwieq.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, l-istess kelliema tal-Pulizija qalet li ma jidhirx li sofra ġrieħi gravi.

More in Politika