Jason Azzopardi jistaqsi jekk Robert Abela kellux aċċess għal informazzjoni klassifikata

Id-Deputat Nazzjonalista jitlob spjega mingħand id-Deputat Roberta Abela dwar intervent partikolari li għamel quddiem Casa, Giegold u Gomes

Id-Deputat Laburista Robert Abela
Id-Deputat Laburista Robert Abela

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ilejla, fil-Parlament, staqsa kif id-Deputat Laburista Robert Abela donnu kien jaf informazzjoni dwar it-telefonati relatati mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u allura informazzjoni sensittiva li suppost tkun tafha l-Pulizija li qed tinvestiga biss 

Azzopardi kien qed jirreferi għall-parti tar-rapport ppublikat mill-MEPs li ġew Malta  (Sven Giegold, Ana Gomes flimkien ma' David Casa) li jgħid hekk; 'PL (MP Robert Abela) clarified that there was never any mention of the murder of Daphne Caruana Galizia in the phone interactions.'

Azzopardi talab spjegazzjoni ta' kif id-Deputat Robert Abela kien jaf jew seta' jagħti din l-informazzjoni partikolari "jew ingħata informazzjoni li hija klassifikata u li lanqas il-Maġistrat (li qed imexxi l-inkjesta fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia) m'għandu, jew inkella kien qed jibbluffja. Fiż-żewġ każijiet hija ta' gravità. Hija gravi li Deputat ikollu informazzjoni tant sensittivi jew jagħti l-impressjoni li għandu."

Azzopardi għamel elenku ta' mistoqsijiet lill-PM Joseph Muscat dwar jekk għalih hux aċċettabbli li jew Deputat tal-PL ikun jaf informazzjoni klassifikata jew inkella jagħti l-impressjoni li jaf din l-informazzjoni.

Huwa staqsa jekk għal Muscat l-għan jiġġustifikax il-mezz.

More in Politika