Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Debono tistaqsi lill-Gvern jekk hux se jagħmel studju qabel ma 'jimporta' 40,000 ħaddiem

...takkuża lill-Gvern li minflok ikun inovattiv qed iżid il-popolazzjoni tal-pajjiż u qed nispiċċaw niddependu fuq il-barranin

Albert Gauci Cunningham / 13 ta' Ġunju 2018 16:11
Id-Deputata Kristy Debono
F'konferenza tal-Aħbarijiet Id-Deputata Nazzjonalista Kristy Debono staqsiet jekk il-Gvern hux qed jagħmel studju dwar l-ammont ta' nies li qed jipprepara li jġib lejn pajjiżna biex inkunu nistgħu nagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' ħaddiema li hawn fis-suq tax-xogħol

"L-influss ta’ barranin huwa ta’ madwar 10,000 kull sena," sostniet Debono li fakkret kif dan jirrapreżenta 5% mill-popolazzjoni li taħdem. "Il-Gvern minflok jiggarantixxi pjan fit-tul, is-soluzzjoni tiegħu hija li jiżdiedu b’40,000 dawk li jgħixu u jaħdmu f''pajjiżna."

"Minflok effiċjenza u innovazzjoni, spiċċajna niddependu fuq żieda fil-popolazzjoni u naturalmet dan qed iwassal għal sfidi," kompliet tgħid Debono illi fakkret illi dawn huma bosta, fosthom it-toroq, id-drenaġġ u anke l-prezzijiet tal-kirjiet. 

Kristry Debono qalet illi bil-prezzijiet dejjem jiżdiedu tal-proprjetà, qed issir dejjem aktar diffiċli biex nies isiru sidien ta' darhom, speċjalment jekk ikunu qed jaħdmu b'kuntratti prekarji jew definiti. 

Hija qalet illi persuna minn kull 10 f'pajjiżna ma jifilħux iħallsu s-self tal-bank jew il-kirja ta' kull xahar. 

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, fakkar illi skont rapporti fuq ġurnali lokali li huma simpatizzanti jirriżulta li kien hemm 900 persuna li f'pajjiżna qed jgħixu f'garaxxijiet. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook