Malta mhux se tibbenifika mid-distribuzzjoni tas-siġġijiet tar-Renju Unit

  • In-numru ta’ MEPs ser jinżel għal 705 minn 751 wara l-Brexit
  • 46 mit-73 siġġu tar-Renju Unit li jiġu liberati għat-tkabbir potenzjali tal-UE
  • 27 siġġu tar-Renju Unit għandhom jitqassmu fost 14-il pajjiż mhux irrapreżentati biżżejjed 

Il-Parlament Ewropew għandu jiċkien għal 705 Membri Parlamentari Ewropej (MEP),mis-751 attwali, hekk kif ir-Renju Unit jitlaq l-UE, biex b’hekk ikun hemm siġġijiet għall-pajjiżi li jistgħu dalwaqt jissieħbu mal-UE.

Minbarra t-tnaqqis fid-daqs tal-Parlament Ewropew, distribuzzjoni ġdida tas-siġġijiet ġiet proposta wkoll fit-test adottat mill-plenarja l-Erbgħa.  Din id-distribuzzjoni ġdida għandha tqiegħed f’riżerva 46 mit-73 siġġu tar-Renju Unit wara li dawn jkunu liberati b’riżultat tal-Brexit.

Xi wħud jew it-totalità tas-46 siġġu fir-riżerva jistgħu imbagħad jingħataw lill-pajjiżi l-ġodda li jissieħbu mal-UE fil-futur jew sempliċiment jibqgħu vakanti biex tiċkien l-istituzzjoni.  Is-27 siġġu l-oħra jitqassmu fost 14-il stat membru li attwalment mhux irrapreżentati biżżejjed.  Malta m’hiex fost il-pajjiżi individwati għal iktar siġġijiet.

More in Politika