Paniku f'Pariġi...tliet persuni qed jinżamu ostaġġi

Il-midja Franċiża qed tirrapporta li l-individwu huwa armat b'bomba u pistola.

Bħalissa f'Pariġi għadejja sitwazzjoni ta' persuni li qed jinżammu ostaġġ. Skond il-midja Franċiża, raġel  li huwa armat b'bomba u pistola ħa bħala ostaġġ, tliet persuni.

Il-pulizija talbet lin-nies fuq il-midja soċjali biex ma jgħaddux informazzjoni falza.

Il-Forzi Speċjali Franċiżi (BRI) u l-pompiera qegħdin fit-triq fejn qed isseħħ is-sitwazzjoni ta' ostaġġ.

Din l-istorja qed tkun aġġornata.

More in Politika