Il-Maġistrat Mifsud; 'Tolleranza żero għal attakki fuq il-Pulizija'

Niġerjan ta' 33 sena jinstab ħati u mmultat wara li attakka Pulizija f'operazzjoni fit-Tiger Bar

Raġel ta' 33 sena minn Niġerja ngħata sentenza ta' priġunerija ta' sena u kien mmultat €4,000 wara li kien instab ħati illi m'obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, li rreżista l-arrest u li weġġa żewġ uffiċjali tal-Pulzija. 

Hu kien akkużat illi nhar il-5 ta' April 2016 fit-Tiger Bar fil-Marsa ħasbuh xi ħadd ieħor minħabba li kien jixbah lil xi ħadd li l-Pulizija kienu qed ifittxu. Meta l-Pulizija ppruvaw jarrestawh l-akkużat gidem lil wieħed minnhom. 

Minn naħa tiegħu l-akkużat qal li hu rreżista l-arrest għax ġidbulu xagħru u qal li l-gidma ma kinitx intenzjonata hekk kif hu qal li id l-uffiċjal kienet ma' ħalqu.

Huwa kien akkużat ukoll illi hedded u insulta lill-uffiċjali, imma minħabba li l-Prosekuzzjoni damet ma ressqitu u inqabeż iż-żmien illi skont il-liġi persuna tista' titressaq, l-Qorti ma setgħetx  issib lill-akkużat ħati fuq dawn l-akkużi partikolari. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud emfasizza "tolleranza żero għall-vjolenza fuq il-Pulizja."

Mifsud, fis-sentenza, saħaq dwar l-importanza li l-Pulizija jkunu protetti waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom. 

"Ħadd ma jista' jkun sklużat, għall-ebda raġuni, b'theddid jew li weġġa Pulizija," qal Mifsud. "Ordni tal-Pulizija jeħtieġ tkun obduta immedjatament u l-Pulizija għandhom ikunu rispettati dejjem u kullimkien..Il-Qorti tinnota li l-każi ta' diżubiddjenza, inkluż dawk li jirriżultaw fi ġrieħi  fuq uffiċjal tal-Pulizija qed jiżdiedu."

Huwa semma artikli "psewdo-legali" kontra ordnijiet leġittimi mill-Pulizija. Mifsud sostna wkoll iżda li "l-Qorti tagħmilha ċara li kull min jabbuża mill-poter tiegħu, inkluż dawk li jilbsu l-uniformi, iridu jwieġbu għall-azzjonijiet tagħhom." 

More in Politika