Il-PN jgħid li hawn min qed iħallas sa €600 żejda f'kont tad-dawl u ilma

....Il-President tal-Eżekuttiv tal-PN jagħti numru ta' eżempji ta' kontijiet li ġew ogħla milli suppost

Il-kontijiet...il-PN jgħid li hawn min qed iħallas ħafna iktar milli suppost
Il-kontijiet...il-PN jgħid li hawn min qed iħallas ħafna iktar milli suppost

Il-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet sostna li numru ta’ nies qed iħallsu kontijiet tad-dawl u ilma li ma jkunux jirriflettu l-konsum veru u allura qed iħallsu aktar milli suppost. Il-Viċi Kap tal-PN David Agius żvela kif il-PN għamel stħarriġ minn fost 100 kont li tressqu għand il-PN minħabba dubji fuq l-ammont li jrid jitħallas, instab li 80% minn dawn qed iħallsu iktar milli suppost.

Agius qal illi minn dawn kien hemm żbalji li fissru illi wħud kienu qed iħallsu bejn €6 u saħansitra sa €600 iktar fil-kont. “Hemm kontijiet li qed jintbagħtu tajjeb, però hemm kontijiet li qed jintbagħtu ħażin ukoll u l-appell tagħna huwa li s-sitwazzjoni tkun irranġata,” qal Agius li fakkar kif illum minflok jintbagħtu kontijiet ta’ stima qed jintbagħtu kontijiet attwali li jeħtieġ ikunu mħallsa.

Intant Mark Anthony Falzon, Inġinier u President tal-Eżekuttiv tal-PN semma diversi eżempji ta’ kontijiet li waslu għand il-PN. Fosthom ta’ familja li f’sena kkunsmat 8,400 imma li minn dawn 520 kienu mweħħlin bit-34ċ. Dan wassal biex minflok €1,117, din il-familja ħallset €1,261 jew differenza ta’ €141.

It-tieni familja li semma Sammut iddeskrivieha bħala wieħed mill-agħar każi li ġew quddiem il-PN. Din il-familja ta’ ħames membri użat 8,800 unit u minħabba li f’xaharejn ikkunsmaw iktar dawl dan wassal biex ħallsu €788 aktar f’sena, qal Sammut. Hu semma wkoll żewġ każi oħrajn fejn il-konsumaturi ħallsu €45 iktar milli suppost, darba f’każ ta’ żewġ pensjonanti u darba oħra f’każ ta’ kont tad-dawl.  

“Il-poplu qed iħallas ogħla milli suppost,” sostna Sammut.

Preżenti kien hemm ukoll Michael Briguglio li sostna illi l-Gvern ilu jaf b’din is-sitwazzjoni. “Hemm każ il-Qorti meta l-Arms kienet akkużata li qed l-mod kif qed taħdem il-kont mhux konformi mal-liġi. Dak iż-żmien il-Gvern m’għamel xejn.

“Għalfejn Muscat kaxkar saqajh meta hemm każ il-qorti. Muscat qiegħed dahru mal-ħajt,” sostna il-Kunsillier tal-PN f’Tas-Sliema.  

 

More in Politika