Il-V18 takkuża lill-Bank Ċentrali u l-Maltapost b'nuqqas ta' etika

...dan wara li ġew stampati bolol u nħarġu muniti li jfakkru din is-sena speċjali għall-Belt Valletta

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qalet fi stqarrija li ħadd ma talab l-awtorizzazzjoni tagħha biex jiġu stampati sett ta’ bolol u lanqas għall-produzzjoni tal-muniti.

Dawn il-bolol ġew stampati mill-Maltapost u l-muniti li jfakkru l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura nħarġu mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Il-Fondazzjoni esprimiet id-diżappunt tagħha u akkużat lil dawn iż-żewġ istituzzjonijiet b’nuqqas ta’ etika.

L-istqarrija ttemm tgħid li qed tirriserva kull dritt legali fil-konfront tal-Bank Ċentrali ta' Malta u l-Maltapost fuq dan il-każ.

More in Politika