Felix Busuttil jikkonferma li qed jikkunsidra joħroġ għal MEP

Ma' ġurnal lokali, Busuttil qal li tkellem mal-Prim Ministru dwar din il-possibbilità

Iż-żeffien Felix Busuttil ikkonferma li qed jikkunsidra li joħroġ bħala kandidat tal-Parlament Ewropew f'isem il-Partit Laburista.

Ma' ġurnal lokali, Busuttil qal ukoll li tkellem mal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar din il-possibbilità.

Bħal ma jiġri dejjem, mill-ewwel bdew il-kummenti fuq il-midja soċjali, fosthom persuni li ma jaqblux li Busuttil joħroġ għal MEP.

Felix Busuttil kiteb: "għalkemm għadni ma ddeċidejtx, diġà hemm min qed jgħajjarni għax jiena artist, żeffien u anke gay...diġà qed togħġobni."

Fl-aħħar kampanja elettorali, Busuttil kien indirizza mass meeting tal-Partit Laburista.

More in Politika