Qorti | Iktar dewmien fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

...l-akkużati jitolbu lill-Qorti biex tħallix lill-aġenti tal-FBI jixhdu sakemm...

L-avukati tal-irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia qed jistaqsu lill-Qorti biex l-FBI, li kkolaboraw fl-investigazzjoni tal-qtil tal-istess Caruana Galizia, ma jitħallewx jagħtu evidenza sakemm ikun deċiż każ ieħor li Alfred Degiorgio (il-fulu) fetaħ biex ma jitħalliex ikompli jassisti u jixhed fil-każ, Martin Bajada, l-espert fl-IT, mqabbad mill-Qorti. 

L-Avukat ta' Degiogrio sostna li l-preżenza ta' Bajada fl-investigazzjoni se tkompli tikser id-drittijiet ta' Degiorgio u dan minħabba li Bajada kien instab ħati mill-Kingston-upon-Thames Crown Court fuq 10 akkużi ta' serq fl-1993. Hu kien ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi. 

Huwa mifhum li l-għarfien li għandu Bajada fl-oqsma tal-IT u l-telefonija tal-mowbajl tista' tkun kruċjali fl-inkjesta maġisterjali. Bajada igawdi mill-appoġġ tal-Maġistratura, tant li regolarment ikun appuntat biex iwettaq xogħol fil-Qorti. 

Il-proċeduri infetħu biss minn Alfred Degiorgio.

L-aġenti mill-FBI kienu mistennija jibdew jixhdu fit-22 ta' Mejju. L-FBI kienu qed jassistu fl-investigazzjoni billi pprovdew l-għarfien tagħhom fil-qasam tal-telefonija ċellulari u data. 

L-avukat ta' Degiorgo qal illi jekk il-każ kostituzzjonali biex jitneħħa Bajada, ikollu eżitu favur Degiorgio, "dak kollu li għamel Bajada, waħdu jew ma' oħrajn, irid ikun iddikjarat invalidu."

More in Politika