Qorti | Caruana Galizia ma jagħmilx tiegħu l-akkużi ta' Daphne fuq Cardona f'Acapulco

... f'battibekk mal-Avukat Pawlu Lia jgħid li bilkemm jiftakar x'kienu l-allegazzjonijiet dwar burdell fil-Ġermanja...

Acapulco, il-burdell li fih allegatament kien hemm Chris Cardona
Acapulco, il-burdell li fih allegatament kien hemm Chris Cardona

Kien hemm kommossjoni fil-Qorti illum hekk kif bdew jinstemgħu numru ta' każijiet pendenti kontra Daphne Caruana Galizia. Preċiżament dwar l-każi li kien fetaħ l-Ministru Chris Cardona wara li Caruana Galizia akkużatu li mar f'burdell fil-Ġermanja bl-isem FKK Acapulco. Hija kienet allegat illi ma' Cardona kien hemm ukoll Joe Gerada, persuna li taħdem fil-Ministeru ta' Cardona.

L-Avukat Lia staqsa lil Peter Caruana Galizia dwar l-allegazzjonijiet; "Qed tagħmel dawn l-akkużi, tiegħek?' Caruana Galizia wieġeb li se jkompli jiddefendihom. Lia wieġeb billi staqsa jekk dan ifissirx li Caruana Galizia qed jinsisti fuq l-allegazzjonijiet, b'Caruana Galizia pront jgħidlu biex ma jpoġġilux kliem f'ħalqu u li hu assuma r-responsabilità ta' eredi, flimkien mat-tfal tiegħu. F'dan il-punt Caruana Galizia qal li hu bilkemm jiftakar x'inhuma l-allegazzjonijiet tal-każ." 

Dwar il-fajls TAP li suppost għandhom jippruvaw illi Gerada u Cardona vera kienu f'dan il-burdell, Lia qal li Caruana Galizia kien qed 'jistad' għall-evidenza. 

"Hemm ħafna ġurisprudenza li jgħid b'mod ċar illi meta tallega xi ħaġa trid tkun kapċi tipprovaha, mhux tistad għall-evidenza wara li tallega."

Lia akkuża lil Caruana Galizia li ħarġu ta' giddieb u li kien Caruana Galizia stess li mar fuqu u jwaqqa' l-każ. 

L-Avukat Joseph Zammit Maempel li qed jidher għall-familja Caruana Galizia argumenta illi evidenza xjentifika li hija ċentrali għall-każ għandha tkun eżaminata minn esperti biex ikun stabbilit jekk Caruana Galizia kinitx korretta jew le. 

Il-każ ikompli f'Mejju li ġej

More in Politika