Jitneħħew tunnellati sħaħ ta' skart illegali mormi fuq Kemmuna

Tħawwlu wkoll madwar 3,100 siġra indiġena ta’ tmien speċi differenti.

Wasal fl-aħħar stadju tiegħu l-proċess tat-tneħħija ta’ skart illegali mormi fuq Kemmuna u anke tlesta x-xogħol ta’ tħawwil ta’ siġar indiġeni.

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera żar ix-xogħlijiet li qed isiru b’kollaborazzjoni bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kif ukoll id-Direttorat tal-PARKs.

S’issa diġà tneħħa madwar 280 tunnellata ta’ żibel, injam, ħaxix selvaġġ, u materjal tal-kostruzzjoni li kien mormi b’mod illegali fuq Kemmuna.

Ix-xogħlijiet qed jitħallsu minn kull min kien qed jarma fuq Kemmuna b’mod illegali.

Intant tħawwlu madwar 3,100 siġra indiġena ta’ tmien speċi differenti. Dan ix-xogħol sar fuq medda ta’ art ta’ madwar 18-il tomna.

More in Politika