Il-PD jikkundanna każijiet ta' intimadazzjoni fuq deputati u attivisti

Fi stqarrija, il-PD rrefera għall-każijiet li fihom kien hemm involuti d-Deputat Stefan Zrinzo Azzopardi u attivisti tal-Kenniesa u Occupy Jutice

Il-Partit Demokratiku kkundanna l-każijiet riċentri ta’ intimidazzjoni u fastidju motivat politikament fuq persuni pubbliċi u oħrajn li jsemmgħu leħinhom.

Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku insista li hija r-responsabbilità tal-mexxejja li jfittxu li jsibu soluzzjonijiet paċifiċi għall-kunflitti li jinħolqu.

Irrefera għall-qattusa mejta li xi ħadd poġġa f’baskett quddiem ir-residenza tad-Deputat tal-Gvern Stefan Zrinzo Azzopardi.

Ikkundannaw ukoll attakki fuq attivisti bħal Tina Urso u Julian Sammut.

Il-Partit Demokratiku insista li l-libertà tal-espressjoni hija prinċipju sagru f’demokrazija u f’soċjetà moderna u għandha tkun protetta mill-istituzzjonijiet kollha tal-pajiż.

Kompla jgħid li meta diskors ta’ mibegħda jkun ittollerrat tinħoloq tensjoni nazzjonali li żgur mhux se tagħmel ġid lil ħadd.

Semma organizzazzjonijiet bħal Kenniesa u Occupy Justice u ddeskrivihom bħala rappreżentanti ċivili tas-soċjetà u insista li huwa tal-mistħija li hawn minn jipprova jintimidahom.

Temm jisħaq li se jkompli jaħdem biex jissaħħu l-istituzzjonijiet u talab għall-maturità u r-rispett.

More in Politika