Aġġornata | 11% tal-Maltin jgħixu fil-faqar jew faqar estrem - Rapport SILC

...dan hu tnaqqis ta' 3.4% mis-sena 2016... 

F'pajjiżna skont l-istudju 'The European Statistics on Income and Living Condistions Survey (SILC)' fl-2017 kien hawn 11% tal-poplu li qed jgħix fil-faqar jew faqar estrem (Material Deprivation jew Severe Material Deprivation). Fil-fatt fl-2017, 8% tal-popolazzjoni kienet qed tgħix fil-faqar, jew kellha nuqqasijiet materjali, filwaqt li 3.3% kienet qed tgħix b'nuqqasijiet materjali estremi. 

Minkejja li l-persentaġġ mhuwex żgġir dan xorta jimmarka tnaqqis mill-2016. Fil-fatt hemm tnaqqis ta' 2.3% fost dawk li huma foqra u tnaqqis ta' 1.1% fost dawk li qed jgħixu f'faqar estrem. 

L-ogħla persentaġġ ta' nies fil-faqar materjali estrem jew faqar materjali kien reġistrat fl-2014.

Intant fi stqarrija il-Gvern qabbel dawn iċ-ċifri ma' dawk tal-2012 u fakkar illi dan juri tnaqqis, biex issa huwa terz dak li kien fl-2012.  “Din l-istatistika tikkonferma kemm il-miżuri soċjali li ħa l-gvern f’dawn l-aħħar snin—fosthom id-dħul tal-inwork benefit, il-garanzija għaż-żgħażagħ, it-tapering tal-benefiċċji soċjali, iż-żieda fil-pensjonijiet u f’benefiċċji soċjali oħra, wasslu għal titjib fil-qagħda ta’ dawk l-aktar fil-bżonn fis-soċjetà”, qal il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon.

"Din l-istatistika li tikkonferma wkoll kif it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna qiegħed jilħaq lill-faxex kollha tas-soċjetà. Mentri madwar iż-żona ewro l-persentaġġ ta’ dawk f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqas minn 7.8% fl-2012 għal 6.3% fl-2017. F’Malta dan it-tnaqqis kien ferm ikbar, għax nieżel minn minn 9.2% ghal 3.3%."

 

More in Politika