Il-Fundatur ta' 'Forbidden stories': 'Min qatilha se jkun jaf li falla fil-ġranet li ġejjin'

Laurent Richard, il-fundatur ta' konsorzju li qed jgħid li se jibda jikxef evidenza dwar stejjer ta' Caruana Galizia minn għada jwissi lill-mandatur tal-qtil ta' Caruana Galizia... 

laurent Richard, il-fundatur ta' 'Forbidden Stories'
laurent Richard, il-fundatur ta' 'Forbidden Stories'

 Laurent Richard, il-Fundatur ta' 'Forbidden Stories', li huwa l-konsorzju ta' ġurnalisti illi lbieraħ ħabbar li se jikxef stejjer jew evidenza li qed jgħidu li Daphne Caruana Galizia kienet għadha ma kkonkludietx, wissa lill-mandatur tal-qtil tal-istess ġurnalista illi "falla". 

F'artiklu fuq il-gazzetta Ingliża The Guardian Richard qal hekk: "Il-qattiela ta' Daphne Caruana Galizia jridu jkunu jafu li fallew. Huma ħadu l-ħajja ta' ġurnalista u omm ta' 53 sena. Imma min ordna l-qtil, qiegħed fejn qiegħed illum, tilef. Fil-ġranet li ġejjin l-aħħar investigazzjonijiet li kienet qed taħdem fuqhom se jkunu mxerdin ma' miljuni ta' ċittadini madwar id-dinja."

Hu kompla jinsisti li l-kooperazzjoni hija mingħajr dubju l-aħjar protezzjoni. "X'inhu l-punt li toqtol ġurnalist jekk 10, 20 jew 30 oħrajn qed jistennew biex ikomplu ix-xogħol?...Il-ġurnalisti huma l-għedewwa tas-sistema korrotta...dak kollu li qed tipprova taħbi se jitpoġġa taħt il-lenti."

More in Politika