Ħamest'ijiem wara l-ħaddiema tal-kuntrattur għadhom bla paga

Għexieren ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur fil-Wasteserv għadhom qed jistennew il-paga li suppost inħarġet nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 

Ħaddiema tal-kuntrattur gġadhom bla paga
Ħaddiema tal-kuntrattur gġadhom bla paga

Għexieren ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur fil-Wasteserv għadhom qed jistennew il-paga li suppost inħarġet nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018. Filwaqt li l-kuntrattur qed jikkonferma li t-trasferimenti saru kollha, jidher li min-naħa tal-Banif Bank il-pagi nżammu u ma ngħatawx lill-ħaddiema.

Il-Bank qal li qed jimxi skont parir legali tal-avukati tiegħu u żamm il-bibien magħluqin għal ħamest ijiem. Dawn l-impjegati tħallew lampa stampa filwaqt li qed isofru minn multi kuljum minħabba self ta’ flus u sitwazzjonijiet finanzjarji oħrajn.

Il-UĦM Voice of the Workers tinsab f’kuntatt dirett mal-kuntrattur filwaqt li qed tagħmel pressjoni mal-Banif Bank sabiex il-pagi dovuti jinħarġu mill-aktar  fis possibli.

More in Politika