Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili jitlob għar-riżenja ta' Jason Micallef

Dan wara dak li kiteb fuq Facebook meta attivisti poġġew strixxuni li għattew dawk tal-V18 u anke meta uża b'mod sarkastiku l-aħħar kelmiet ta' Caruana Galizia

Yendrick Cioffi / 19 ta' Marzu 2018 10:06
In-Netwerk tas-Socjetà Ċivili qed jitlob ir-riżenja ta' Jason Micallef minn Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 wara dak li kiteb nhar is-Sibt li għadda dwar l-istrixxuni li tpoġġew mill-'kenniesa' fil-ħames xhur anniversarju mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u anke dwar iċ-ċelebrazzjonijiet ta' San Patrizju.

In-Netwerk iddeskriva l-attitudni ta' Micallef bħala "diviżiva u mhux sensittiva."

Ikkwotaw il-kumment tiegħu dwar iċ-ċelebrazzjonijiet ta' San Patrizju, meta Micallef għamel referenza sarkastika għall-istqarrija: "is-sitwazzjoni hi ddisprata," li kitbet Caruana Galizia dakinhar li nqatlet.

Fi stqarrija, in-Netwek saħaq li Micallef naqas mir-rispett lejn il-ġurnalista maqtula. 

 

Saħqu li din l-attitudni ma tixraqx lil uffiċjal tal-istat li qed imexxi l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. 

Apparti minn hekk, qalu li Micallef "attakka l-libertà tal-espressjoni tal-attivisti," meta kkundanna lill-attivisti li weħħlu l-istrixxuni tagħhom fuq dawk tal-Valletta 2018.

Huwa saħaq li l-attivisti kissru l-liġi u li "ħamġu" l-istrixxuni tal-V18.

Fl-istess post, Micallef saħaq li Caruana Galizia kienet "diviżiva f'ħajjitha u agħar wara mewtha."

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook