Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Żewġ karreġġjati oħra barra l-mini ta' Santa Venera

Dan ħabbru dalgħodu l-Ministru għat-Traport Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet

Yendrick Cioffi / 13 ta' Marzu 2018 12:06
Se jkunu qed jiżdiedu żewġ karreġġjati fil-bypass ta’ biswit il-mini ta’ Santa Venera.

Karreġġjata minnhom se tkun qed tiżdied malli wieħed joħroġ mill-mina fid-direzzjoni tal-Marsa filwaqt li l-karreġġjata l-oħra se tiżdied in-naħa l-oħra, biswit l-isliproad fid-direzzjoni tal-Imrieħel.

Dan ħabbru dalgħodu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Il-karozzi li joħorġu mill-mina tal-Marsa mhux se jkollhom għalfejn jispiċċaw  f’karreġġjata waħda kif jiġri bħalissa. Dan ifisser li l-bypass se jkollha tliet karreġġjati fosthom waħda għas-sewwieqa li jkunu sejrin lejn Ħal Qormi.

In-naħa l-oħra, dawk il-vetturi li jkunu ġejjin mill-Marsa jew Ħal Qormi, wkoll se jsibu tliet karreġġjati. Tnejn minnhom lejn il-mini u waħda tikser lejn l-Imrieħel.

Il-Ministru qal li dan il-proġett mistenni jkun lest fi żmien 13-il xahar. Dan se jinkludi wkoll l-immodernizzar tas-sistemi tal-ilma, l-elettriku u t-telekomunikazzjoni.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook