Stħarriġ MT | Il-PL b'distakk ta' 90,000 vot u Muscat iżid il-fiduċja fuq Delia

Mistoqsijin lil min jafdaw l-aktar 52.7% qalu li jafdaw lil Muscat, 20% biss jafdaw lil Delia...kwart tan-Nazzjonalisti ma jridux jafu b'Delia

Muscat jibqa' popolari ferm fost il-Maltin u l-Għawdxin....Delia għadu lura
Muscat jibqa' popolari ferm fost il-Maltin u l-Għawdxin....Delia għadu lura

L-istħarriġ ippublikat fil-gazzetta Maltatoday dalgħodu juri riżultati ferm pożittivi għall-Partit Laburista u iktar minn hekk għal Mexxej Laburista Joseph Muscat, hekk kif dan jikseb ftit inqas minn 53% f'fiduċja minn fost dawk li ħadu sehem f'dan l-istħarriġ. Dan filwaqt li huma 20.2% biss li qalu illi jafdaw aktar lil Adrian Delia.

Dan ifisser li d-differenza fil-fiduċja bejn iż-żewġ mexxejja hija waħda enormi, b'Muscat fdat minn 33% aktar tal-votanti, minn Delia. 

Dan ir-riżultat huwa primarjament il-kontribut tal-fatt li 91.2% ta' dawk kollha li vvutaw PL fl-aħħar elezzjoni, kieku kellha ssir elezzjoni illum, jerġgħu jivvutaw lill-Partit Laburista. Minn naħa l-oħra, Delia huwa fdat minn 66.3% ta' dawk li fl-aħħar elezzjoni vvutaw PN. Ftit iktar minn kwart tal-votanti Nazzjonalisti fl-aħħar elezzjoni, jew 26.7%, m'għandhom fiduċja fl-ebda mexxej, lanqas fil-Kap tal-PN. 

Skont dan l-aħħar stħarriġ tal-Maltatoday, kieku kellha ssir elezzjoni illum 46.6% jivvutaw lill-Partit Laburista, 25.9% lill-Partit Nazzjonalista u 2.1% lill-Partit Demokratiku. 

Kieku wieħed kellu jneħħi lil dawk li ma jivvutawx (11%)  u dawk li ma jafux lil min jivvutaw (10.6%), il-Partit Laburista jispiċċa b'distakk ta' 90,000 minn fuq il-Partit Nazzjonalista fost dawk li huma 'deċiżi'. 

Ara aktar numri, ċifri u riżultati, fosthom dwar min qiegħed fuq quddiem u l-favorit għat-tmexxija tal-PL, fil-gazzetta Maltatoday

More in Politika