Il-PD jieħu l-kwistjoni tal-art fiż-Żejtun fil-Parlament

Il-PD jfakkar li din l-art hija waħda li skont l-Pjan Lokali stess hija ta valur agrikolu għoli u allura jeħtieġ isiru studji qabel din tinbena

Il-Partit  Demokratiku ħabbar illi se jkun qed jieħu il-kwistjoni tal-art f'Bulebel li fuqha hemm propost li jsiru l-fabbriki fil-Parlament permezz tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-Ambjent u l-Ippjanar. Fl-ittra l-PD ifakkar illi din l-art, qabel isir żvilupp fuqha jeħtieġ isiru numru ta' studji. Dan fil-fatt kien argumentat ukoll mill-Partit Nazzjonalista li staqsa lill-Gvern jekk dan l-istudju fil-fatt sarx u jekk qatt kien hemm diskussjoni mal-bdiewa qabel dawn irċevew ittra ta' żgumbrament mill-Malta Industrial Parks. 

Hawn hi l-ittra sħiħa li bagħat il-PD u li fiha qed jitlob li ssir tali diskussjoni;

"Għażiż Hon Alexander Muscat,

Nixtiequ nressqu għad-diskussjoni tal-kumitat il-proposta tal-estensjoni taż-żona industrijali ta’ Bulebel.

Il-kobor ta’ din l-art hi madwar 157,000 metru kwadru u skont il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta (2006) din hi klassifikata mid-Dipartiment tal-Agrikoltura bhala ‘art agrikola ta’ livell għoli’ li jinkludi Wied iż-Żring (protett) u li llum il-ġurnata titqies ukoll bħala żona ekoloġika.

Dawn l-inħawi huma marbuta mal-ġrajja tal-lokalità taż-Żejtun u jkopru parti minn inħawi li fihom b’ mod regolari jinstabu fadilijiet ta’ oqbra puniċi.

Nifhem li jekk wieħed jieħu ritratt demografiku ta’ pajjiżna llum u tqabblu ma' dak ta’ 1988 lkoll naqblu li l-iżvilupp sostenibbli tal-ambjent u l-uzu ta’ art ODZ li hu kapital naturali, hu mhedded. Nifhem ukoll li minn dak iż-żmien l’ hawn l-SPED jagħti direzzjoni politika li hi ferm cara dwar uzu ta’ art ODZ.

Għaldaqstant billi din hi elenkata mill-Local Policy (SMZN 02) bhala żona li għandha bżonn aktar evalwazzjoni u studju, nitlob lil din tiġi diskussa f’dan il-kumitat għax hu suġġett relevanti skond l-oġġettiv tiegħu.

Napprezza hidmietek

Insellu ghalik,

Hon Dr Godfrey Farrugia MP PD

Hon Dr Marlene Farrugia MP PD"

More in Politika