The Economist: 'Iktar każi ta' korruzzjoni u hemm riskju li l-investituri jibdew jitilqu'

Is-sit politiku internazzjonali 'The Economist'  jagħmel previżjonijiet u twissijiet serji fuq pajjiżna...

The Economist twissi illi każ ieħor ta' korruzzjoni jista' jżid l-instabilità fil-Gvern ta' Muscat
The Economist twissi illi każ ieħor ta' korruzzjoni jista' jżid l-instabilità fil-Gvern ta' Muscat

F'artiklu ta' analiżi politika ppublikat illum, fis-sit stabbilit u popolari The Economist, isiru twissijiet u previżjonijiet serji fuq pajjiżna u l-ekonomija Maltija, kemm il-darba "jkunu żvelati aktar skandli jew każi ta' korruzzjoni."

'The Economist', fl-artiklu ppublikat, jgħid ukoll illi każi ta' korruzzjoni jistgħu saħansitra jnaqqsu mill-istabilità tal-Gvern li jmexxi l-Prim Ministru Joseph Muscat

F'artiklu li tratta l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ('Journalist's murder raises uncomfortable questions') The Economist jipprevedi illi fid-dawl tal-qtil ta' Caruana Galizia "jekk hu (PM Muscat) jew membri tal-Gvern li jmexxi kellhom ikunu implikati fi skandlu ta' korruzzjoni, ir-riskju ta' instabilità fil-Gvern tiżdied."

L-istess artiklu jirrikonoxxi illi l-attenzjoni li tefa' l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia fuq pajjiżna għadu m'impattax b'mod negattiv lil Malta u n-negozju li ġej lejn pajjiżna "s'issa". Ikompli jwissi iżda li "jekk joħorġu aktar każi ta' korruzzjoni u kriminalità organizzata, il-ħsara fir-reputazzjoni ta' Malta tista' tkun sinifikanti u jkun hemm riskju li l-investituri jibdew jitilqu minn Malta." 

L-artiklu jgħid li l-bidliet fil-Liġi tal-Libell mhux neċessarjament se jwasslu biex jeliminaw it-theddida ta' ġurnalisti mhedda b'libelli li jlaħħqu l-eluf kbar fi spejjeż. (SLAPP). 

More in Politika