'Il-Gvern kien obbligat jagħmel studju qabel jimmarka l-art f'Bulebel għall-iżvilupp'

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tistaqsi jekk parti minn din l-art kinitx diġa' mmarkata għall-iżvilupp ta' fabbrika tal-kannabis mediċinali...

Il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern sabiex ibiddel id-deċiżjoni tiegħu dwar l-estensjoni tal-qasam industrijali ta' Bulebel u jeqred 120,000 metru kwadru ta' art b'valur agrikolu, storiku u bijoloġiku.

"Din id-deċiżjoni tal-Gvern se tkun qed tfisser telfa għall-bdiewa li jaħdmu din l-art u telfa għall-komunità taż-Żejtun. Dan huwa kontra dak mitlub mill-policy document tal-Gvern stess, l-ISPED,  kif ukoll kontra dak mitlub mill-pjan lokali. Joseph Muscat mhux jgħid il-verità kollha meta jgħid biss li din l-art hija identifikata għall-iżvilupp industrijali, u jieqaf hemm."

Il-PN jgħid illi l-iSPED jgħid ċar u tond li "art agrikola tajba għandha tiġi protetta milli tiġi żviluppata. Tgħid ukoll li fejn l-iżvilupp ma jistax isir post ieħor għajr f'postijiet rurali, wieħed għandu jagħżel post li huwa diġà identifikat bħala area of containment, jew li diġà kien żviluppat qabel, jew li diġà għandu bini fuqu u dan filwaqt illi dan l-iżvilupp propost irid itejjeb l-ambjent rurali."

"Il-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta." ikompli jfakkar il-PN, "jiddikjara li din l-art agrikola hija identifikata bħala land of high-grade agricultural value u tesiġi li qabel jsir l-istudju, before any additional industrial development can be permitted."

Il-Partit Nazzjonalista staqsa lill-Prim Ministru u lil l-Ministru għall-Ambjent u l-Ministru għall-Ippjanar: Jikkonfermaw minnufih jekk sarx dan l-istudju mitlub mil-liġi li jiġġustifika l-iżvilupp,minnufih jippubblikaw l-istudju, jekk sar, minnufih jgħidu min għamel l-istudju, jispjegaw għaliex il-Prim Ministru qatt m'għamel referenza għal dan l-obbligu legali li jsir l-istudju li jiddetermina l-valur agrikolu tar-raba', jgħidu x'laqgħat kellu l-Ministru għall-Ambjent mal-bdiewa li jaħdmu din ir-raba'. U finalment jgħidu min huma l-kumpaniji li jridu li l-fabbriki tagħhom tkun flok ir-raba', u biex jikkonfermaw jekk hemmx waħda minnhom indikata diġà għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali.

More in Politika