Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Għalissa l-ebda strajk mit-tobba din il-ġimgħa

Skont il-MAM ilbieraħ kien hemm "progress" waqt in-negozjati mal-Gvern

Yendrick Cioffi / 13 ta' Frar 2018 14:32
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qed tavża li “bħala sinjal ta’ rieda tajba” għalissa se tkun qed tħassar l-azzjonijiet industrijali li kien hemm ċans li jsiru nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa.

Fi stqarrija, il-MAM saħqet li wara l-laqgħa tal-bieraħ, kien hemm “progress” u tinsab ħerqana għal-laqgħa li mistennija ssir għada.

Il-MAM qed tittama li għada jintlaħaq ftehim mal-Gvern.

Il-ġimgħa li għaddiet il-MAM ordnat strajk tat-tobba għax qed tilmenta dwar il-ftehim li sar mill-VGH.

Il-President tal-MAM saħaq kemm-il darba li dan il-ftehim mhux fl-interess tal-pazjent u lanqas tal-poplu u sejjaħ lill-Awditur Ġenerali biex kemm jista’ jkun malajr jinvestiga l-ftehim li kien sar fl-2015.

Il-MAM qed tgħid ukoll illi inkiser il-ftehim kollettiv meta l-Gvern m'infurmahiex b'akkwist ta' sptarijiet mill-privat sa mhux iktar tard minn sitt ġimgħat qabel. 

Ilbieraħ, l-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Tony Zarb, akkuża lit-tobba li abbandunaw il-pazjent.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook