Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Id-deċiżjoni dwar il-Maġistrat Antonio Mizzi għal ħmistax oħra

Il-PN qed jisħaq li nkisirlu d-dritt tiegħu ta' smigħ xieraq meta l-Maġistrat Mizzi rrifjuta li jirrikuża ruħu

Yendrick Cioffi / 13 ta' Frar 2018 11:04
Il-Qorti Kostituzzjonali se tkun qed tiddeċiedi ħmistax oħra dwar l-evidenza ppreżentata mill-Partit Nazzjonalista li qed jisħaq li nkisirlu d-dritt ta’ smigħ xieraq wara li l-Maġistrat Antonio Mizzi rrifjuta li jirrikuża ruħu.

Il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li l-Maġistrat Mizzi għandu kunflitt ta’ interess jekk ikompli jisma’ l-appell li ressqu l-Prim Ministru u sitt persuni oħra, kontra d-deċiżjoni tal-Maġistrat Ian Farrugia biex tinfetaħ inkjesta dwar l-involviment tagħhom fil-Panama Papers

Il-Maġistrat Antonio Mizzi huwa r-raġel tal-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi.

L-appelli tressqu mill-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff Keith Schembri, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, Brian Tonna u Karl Mizzi ta’ Nexia BT, Malcolm Scerri u Adrian Hillman.

Il-Maġistrat kien irrifjuta li jieqaf jisma’ l-appell u kien dan li wassal lill-eks Kap tal-Oppożizzjoni biex jgħid li l-Partit Nazzjonalista qed jinkisrlu d-dritt tas-smigħ xieraq u kien għalhekk li fetaħ każ quddiem il-Qorti Kostituzzjonali bil-għan li jinħatar Maġistrat ieħor biex jisma’ dawn l-appelli.

L-Avukat Jason Azzopardi qal lill-Qorti li Simon Busutitil jixtieq jixhed imma ma setax jagħmel dan illum għax jinsab imsiefer.

Min-naħa tagħhom, l-Avukati Mark Vassallo u Aaron Mifsud Bonnici saħqu li d-dokumenti li qed jippreżenta l-Partit Nazzjonalista mhumiex ammissibbli għax huma parti minn inkjesta maġisterjali.

Iżda Azzopardi saħaq li dak li qed jgħidu l-avukati Vassallo u Mifsud Bonnici huwa “frivolu” u qed igerfxu l-affarijiet apposta. Fost affarijiet oħra, Azzopardi saħaq li fost id-dokumenti hemm transcript li juri lill-Maġistrat Mizzi jargumenta li t-talba tal-Partit Nazzjonalista, biex jirrikuża ruħu, hija “tad-dwejjaq ħafna.”

Il-Maġistrat Joseph Zammit Mackeon se jkun qed jiddeċiedi dwar dan il-każ fis-27 ta’ Jannar.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook