Il-PD jipproponi 'Social Housing Tax' fuq dawk li jibnu ogħla minn 10 sulari

Ifaħħar l-inizjattiva tal-Ministru Michael Falzon għall-għajnuna lil dawk li jridu jixtru dar b'valur inqas minn €120,000....

Fi stqarrija l-Partit Demokratiku nnota b'sodisfazzjon il-mizuri li tħabbru mill-Ministru għall-familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon u d-dirigenti tal-Bank of Valletta biex jgħinu lil dawk li iridu jixtru dar b’valur ta’ inqas minn €120,000.

"Hu pass fid-direzzjoni t-tajba biex nghinu dawk li la jaffordjaw biex jixtru post biex jgħixu u lanqas jifilħu jħallsu il-kirijiet eseġerati li qegħdin isibu wiccħom magħhom.

Il-PD jinnota il-fatt li n-numru ta’ units / djar li se jiġu offruti fis-snin li ġejjin (600) għas-Social Housing mhux ser jissodisfa t-talba li għandha l-Awtorita ta’ Djar fir-registri taghha, jiġifieri 3,500 applikant.

"Nemmnu li din l-iskema għandha tiġi estiża għal dawk li għandhom introjtu ogħla minn dak li hu previst fl-iskema għax anke huma jinsabu f'diffikultà biex jixtru fejn jgħixu."

Il-PD issuġġerixxa li fost l-oħrajn, "jiġi introdott l-kunċett ta’ Social Housing Tax lil min jibni għoli ħafna għan-negozju (eżempju għoli t’aktar minn għaxar sulari) fejn jingħata persentaġġ mill-iżvilupp  bħala Social Housing." Il-PD iċċara li qed jirrerferi għal min qed 'ippapiha mill-art pubblika'. 

Il-PD ippropona li jinħolqu skemi biex appartamenti vojta jkunu wżati għall-skemi biex appartamenti vojta jiġu mikrija bħala social housing

Il-PD stieden l-Awtorita tad-Djar biex tistudja l-mudell Daniz ta’ finanzjament ta’ Social Housing permezz ta’ Bonds tal-Gvern u b’hekk ikunu adottati sistemi għat-tul, msaħħa b’finanzjament sod.

Bħalissa l-Gvern għaddej bil-ħidma fuq abbozz dwar White paper li se toħroġ u li se tirrigwarda s-sitwazzjoni tal-kirjiet privati, li kienet qed tiġi diskussa hekk kif il-prezzijiet tal-kirjiet għolew b'mod qawwi hekk kif żdiedet bil-qawwi d-domanda, l-aktar minn ħaddiema li qed jipu jaġdmu f'pajjiżna f'oqsma illi jirrikjedu ħaddiema barranin. 

 

More in Politika