TM daħħlet €4 miljuni mill-‘pjanċi’ tal-karozzi personalizzati matul l-2017 biss

2,650 persuna riedu pjanċa personalizzata matul is-sena l-oħra, li jtella l-ispiża għal kważi €4 miljuni

Il-karozzi bi pjanċi personalizzati, bħal ngħidu aħna xi isem, ċertament li sar viżwal komuni fit-toroq Maltin.

Tant hu hekk li skont l-informazzjoni li kisbet il-gazzetta ILLUM jirriżulta li n-numru ta’ pjanċi personalizzati li nħarġu minn Transport Malta (TM) fl-2017 kien ta’ 2,650.

Wieħed jista’ jakkwista dawn il-pjanċi bi ħlas ta’ €1,500 lil Transport Malta.

B’hekk fl-2017, l-istess entità se tkun qed tagħmel aktar minn €3,975,000 mix-xiri ta’ pjanċi ppersonalizzati.

Ċertu restrizzjonijiet japplikaw fil-ħruġ ta’ dawn il-pjanċi, bħal pereżempju li dawn m'għandhomx ikollhom aktar minn 9 ittri jew numri.

More in Politika