Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Delia jistaqsi lil Muscat għaliex qed jibqa' jipproteġi lil Schembri u Mizzi u mhux lil Malta

"Il-Gvern qiegħed jinduna li qed issir ħsara lil pajjiżna u xorta jibqa’ jippersisti fil-modi tiegħu"

Liam Carter / 12 ta' Jannar 2018 15:16
F'staqrrija b'reazzjoni għar-rapport tal-Parlament Ewropew li kien ippubblikat ilbieraħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li "l-ikbar preokkupazzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew fuq Malta hija li l-Gvern qiegħed jinduna li qed issir ħsara lil pajjiżna u xorta jibqa’ jippersisti fil-modi tiegħu."

Adrian Delia  saħaq li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna hija responsabbiltà ta’ kulħadd filwaqt li żid jgħid li "l-Oppożizzjoni għandha r-rieda li tingħaqad mal-Gvern u l-istituzzjonijiet sabiex pajjiżna juri lid-dinja li lest u jrid jagħmel dak li huwa korrett."  

Apparti minn hekk, Delia fetaħ stedina lill-Prim Ministru sabiex jieħu l-passi u jiddefendi r-reputazzjoni ta’ Malta. "Qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet Joseph Muscat kien wasal għall-istess konklużjoni ta’ dan ir-rapport dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi, iżda dakinhar kien skużahom billi qal li għandu bżonnhom għal xi proġetti partikolari. 

Il-Kap tal-PN staqsa wkoll għaliex il-Prim Ministru "qiegħed jagħżel li jipproteġi lill-Minstru u ċ-Chief of Staff tiegħu minflok lil Malta." 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook