Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

'Il-qtil ta' Caruana Galizia ġab sħaba sewda fuq Malta'

Il-President qalet li l-qtil ħoloq tħassib fost il-poplu ta' rieda tajba...

Liam Carter / 11 ta' Jannar 2018 13:53
Matul il-laqgħa annwali fil-bidu tas-sena mal-Korp Diplomatiku, il-Preisdent Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia ġab "sħaba sewda fuq Malta" u  "tappan ukoll is-sena pożittiva ta' suċċess ekonomiku li Malta esperjenzat."

"Sfortunatament, dan il-perjodu ġie mdgħajjef minħabba mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, dan kkawża tħassib kbir fost n-nies kollha ta' rieda tajba." Hi żiedet tgħid li għalkemm dan l-att kriminali ma jirriflettix l-ispirtu Malti, dan xorta ġab 'sħaba sewda' fuq il-pajjiż.

Is-Sinjura Caruana Galizia kienet ġiet maqtula f'bomba mal-karozza fis-16 ta 'Ottubru li għadda. 

 Fl-indirzz tagħha Coleiro Preca qalet li hi tinsab fiduċjuża li fl-2018, il-pajjiż se jkompli jimplimenta aktar miżuri għall-benefiċċju tal-poplu, partikolarment billi jissaħħu l-proċess essenzjali ta 'parteċipazzjoni demokratika. Il-President aċċenat ukoll fuq il-proċess tar-riforma kostituzzjonali, li se jgħin sabiex l-istituzzjonijiet kostituzzjonali jissaħħu.

 

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook