Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Aġġornata | Spettur tal-Pulizija 'jiżvela' illi tipjip fil-karozzi se jsir projbit minn nhar il-Ħadd

L-Ispettur jiċċara; 'Jista’ jkun li nfthemt ħażin jien stess fuq mezzi oħra, iżda li tpejjep waqt li ssuq il-vettura minn dejjem kienet infrazzjoni u filfatt hekk għadha'

Albert Gauci Cunningham / 11 ta' Jannar 2018 01:56
Skont l-Ispettur Sandro camilleri, daqshekk tipjip fil-karozza
Mingħajr ma saret ebda tħabbira mill-Gvern jew l-awtorità kompetenti, kif kien ġara f'każijiet simili, spettur tal-Pulizija żvela liġi ġdida, jew għallinqas li qed jgħid li se tidħol fis-seħħ u li mistennija tqajjem ħafna diskussjoni. 

Waqt programm fuq l-istazzjon F Living l-Ispettur Sandro Camilleri żvela kif minn nhar il-Ħadd li ġej, tlett'ijiem oħra, kull min jinqbad ipejjep fil-karozza, anke jekk ikun waħdu jaqla multa ta' €50. 

Jekk din il-liġi verament tidħol fis-seħħ, din tkun estensjoni tal-liġi li ddaħħlet illi għamlet it-tipjip illegali fil-karozzi fil-preżenza tat-tfal. 

 

Intant l-ispettur Camilleri ċċara li hu qatt ma qal li se ssir liġi ġdida għax 'dejjem kienet hemm il-liġi.' Mitlub jispjega allura l-parti tal-programm li matulha qed jinstema' jitkellem dwar sewqan u multa ta' €50, Camilleri fakkar illi dik hija biss parti waħda minn programm ta' sagħtejn u reġa nsista li hu qatt ma implika li se tidħol liġi ġdida. 

Camilleri kompla jgħid li ħafna oħrajn waqt il-programm staqsew dwar tipjip, tiekol, tixrob waqt is-sewqan huwa kollu illegali, ma tapplikax il-multa ta' €50 iżda huma kontravenzjonijiet ta' €11.65. "Minn dejjem kienet illegali li tiekol, tixrob, tpejjep etc, waqt li ssuq il-vettura għax meta tagħmel dan int ma jkollokx kontroll assolut tal-vettura tiegħek."

“Jista’ jkun li nfthemt ħażin jien stess fuq mezzi oħra, iżda li tpejjep waqt li ssuq il-vettura minn dejjem kienet infrazzjoni u filfatt hekk għadha”.

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook