128,000 persuna f'Malta hija sidt darha b'ħafna minn dawn bla dejn

3,500 persuna jgħixu f'kirjiet mingħajr kuntratt fiss...

Jidher li l-idea illi l-investiment f'darek huwa wieħed sod, kienet u għadha segwita minn bosta f'pajjiżna. Tant hu hekk, illi 128,000 persuna f'Malta fil-fatt hija sidt ta' darha u ma tikrix post, fenomenu pjuttost komuni fi bliet Ewropej, speċjalment maż-żgħażagħ. Minn dawn, il-maġġoranza assoluta jew 97,244 huma sidien ta' djarhom filwaqt li m'għandhomx dejn fuq l-istess proprjetà. 30,755 persuna tgħix f'dar li xtrat imma li fuqha għadha qed tħallas id-dejn. 

Minkejja illi dawn iċ-ċifri juru kif maġġoranza qawwija ta' persuni f'Malta jgħixu f'dar illi hija tagħhom, jirriżulta wkoll illi 3,500 persuna tgħix f'kirja li fuqha m'hemmx kirja fissa u għalhekk, il-probabilità hija li m'hemmx prezz jew valur fiss lanqas għall-istess kirja. 

7,418 persuna tinsab f'kirja b'kuntratt li ġie ffirmat bejn l-2006 u l-2011, filwaqt li 1,935 jinsabu f'kirja li b'kuntratt iffirmat fl-1996 u l-2005. 

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo

 

More in Politika