'Konferma li Joseph Muscat u l-partit tiegħu gidbu dwari'

Il-qorti tikundanna lil gazzetta tal-Partit Laburista tħallas elf ewro f’danni

L-eks mexxej tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ingħata kumpens f'kawża tal-libell li hu kien fetaħ kontra l-gazzetta tal-Partit Laburista il-Kulħadd. Fl-2014, il-Kulħadd kienet irraportat li Busuttil kien ibbenefika personalment minn numru ta' ordnijiet diretti.

Il-qorti iddikjarat li l-artiklu kien libelluż u defamatorju, u għalhekk kkundannat lil gazzetta sabiex tħallas lil Busuttil € 1000 għal danni.

Fi stqarrija Busuttil qal li “Wara snin twal jigdbu fuqi u jipprovaw iħammġu ismi, il-media tal-partit ta’ Joseph Muscat illum ħarġu ta’ giddieba u ġew kundannata mill-Qorti f’kawża ta’ libell.”

Hu kompla jgħid kif skontu “għal snin twal, Joseph Muscat, il-partit tiegħu, il-media tiegħu u d-deputati tiegħu, għamlu kampanja ħarxa ta’ tfiegħ ta’ tajn meta qalu li jien gawdejt minn konsulenza ta’ miljun ewro meta dan ma kien veru xejn."

More in Politika