Qtil DCG | Ir-'Repubblica' tgħid li l-bomba twaħħlet fil-karozza, siegħat qabel ma splodiet

...l-istess rapport jgħid illi kien hemm tmien mowbajls fil-baħar fejn kien hemm id-dgħajsa li minn fuqha ċ-Ċiniż bagħat l-sms fatali

Ix-xena tad-delitt tal-omiċidju ta' DCG
Ix-xena tad-delitt tal-omiċidju ta' DCG

Ir-rapport li ħareġ dalgħodu fuq il-gazzetta Taljana 'La Repubblica' u li kellu ħafna dettalji dwar il-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li ebda kamra tal-aħbarijiet f'Malta ma kellha, qed jgħid illi l-bomba mal-karozza ta' Daphne Caruana Galizia twaħħlet matul il-lejl ta' qabel ma seħħet l-isplużjoni. Fil-fatt l-istess rapport jgħid li l-bomba twaħħlet mal-karozza fis-2:00 a.m dakinhar stess , jiġifieri siegħat qabel ma splodiet il-karozza, b'Daphne Caruana Galizia fiha. Ir-rapport jgħid li l-akkużati daħlu fil-karozza b'teknoloġija partikolari, li permezz tagħha daru mas-sistema tac-central locking.

L-istess rapport jgħid illi fil-baħar viċin fejn kien hemm id-dgħajsa illi fuqha, allegatament, kien hemm 'iċ-ċiniż', instabu xejn inqas minn tmien mowbajls fil-baħar. 

Ir-rapport jgħid li l-qtil kien ilu jiġi ppjanat għal xahrejn sħaħ. Intant l-istess gazzetta qalet illi nofs siegħa wara l-qtil,George Degiorgio bagħat sms lil martu u qallha biex tiftaħlu flixkun inbid.

More in Politika