'Wara li DCG inqatlet iċ-'Ċiniż' qal lil martu biex tiftaħlu flixkun inbid...'

L-sms fatali għal naqra ma kienx se jintbagħat hekk kif Degiorgio kien spiċċalu l-kreditu

Is-sit ta' fejn inqatlet DCG
Is-sit ta' fejn inqatlet DCG

Il-gazzetta Taljana La Repubblica żvelat kif nofs siegħa wara li l-karozza li fiha kienet Daphne Caruana Galizia splodiet, George Degiorgio bagħat messaġġ lil martu li fih qallha 'iftaħli flixkun inbid, baby'. 

Intant, l-istess gazzetta Taljana żvelat kif il-qtil ta' Caruana Galizia kien viċin li ma jitwettaqx hekk kif jidher illi Degiorgio ma kienx għad fadallu kreditu fil-mowbajl illi kien se jintuża biex jintbagħat l-sms 'fatali'. La Repubblica tgħid fir-rapport tagħha illi ċ-'Ċiniż' ċempel lil sieħbu mill-mowbajl personali tiegħu biex jżidlu il-kreditu b'top up  ta €5.

Sussegwentement, Degiorgio uża t-tieni mowbajl biex jintbagħat l-sms 'fatali' fit-3:00 p.m, liema messaġġ ħalla lil Caruana Galizia bla ħajja.

Il-gazzetta Taljana, li sorprendentement kixfet dawn id-dettalji mhux magħrufin mal-midja Maltija, tirraporta li l-mowbajl li ntuża biex jintbagħat l-sms, li wassal biex splodiet il-bomba, nstab fil-baħar, viċin tal-post illi fih saru l-arresti. 

Fit-3:30p.m., nofs siegħa wara l-qtil, iċ-'Ċiniż' bagħat sms lil martu, li kien jgħid 'iftaħli flixkun inbid, baby' 

Degiorgio flimkien ma' ħuh kienu arrestati nhar it-Tlieta, flimkien ma' suspettat ieħor, Vince Muscat, magħruf bħala l-'Koħħu'. 

L-artiklu fuq il-La Repubblica
L-artiklu fuq il-La Repubblica

More in Politika