Il-familja Caruana Galizia jgħaddu premju ta' flus lill-ommhom lil Dar Merħba Bik

Daphne Caruana Galizia ppremjata minn gazzetta Svediża talli tkellmet kontra 'l-kriminali parassiti'

Daphne Caruana Galizia rebħet l-unur Holme 2017 mill-gazzetta Svediża Göteborgs Handels & Sjöfartstidning. Il-gazzetta tgħid li għażlet li tonora l-memorja ta' Daphne Caruana Galizia bħala persuna li 'ġġieldet kontra l-kriminali tad-dinja kontemporanja, jgħixu ħajjithom qishom parassiti fuq nies diċenti.' L-istess gazzetta tgħid illi Caruana Galizia ħallset il-ogħla prezz li setgħet tħallas, b'ħajjitha, 'għad-dinjità tal-professjoni tagħha u ta' niesha'. 

Il-familja ta' Caruana Galizia għaddew il-premju monetarju ta' 10,000 Kroni Svediżi lil Dar Merħba Bik, post li jilqa' nisa li jgħaddu minn esperjenzi koroh ta' vjolenza domestika. 

Il-premju, apparti lil Daphne Caruana Galizia, ngħata wkoll lill-personaġġi fil-midja bħal Julian Assange, il-moħħ wara l-WikiLeaks u Edward Snowden il-moħħ wara l-leaks ta' diversi dokumenti li wasslu biex kienu żvelati diversi programmi ta' sorveljanza mill-Gvernijiet tal-Punent. 

More in Politika