It-tkabbir ekonomiku ta' Malta fost l-aktar b'saħħtu fl-Ewropa

Il-Fond Monetarju Internazzjonali jikkonkludi li t-tkabbir ekonomiku se jippersisti matul l-2018 ukoll 

Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) kkonferma li t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa huwa fost l-aktar b’saħħtu fl-Ewropa.

Rapport tal-IMF jikkonkludi li policies f’waqthom, riformi strutturali wasslu għat-tisħiħ tas-setturi pubbliċi u privati, filwaqt li l-ħolqien tal-impjiegi wassal għal livelli rekord ta’ persuni li qed jaħdmu.

Fost l-isfidi elenkati hemm l-infrastruttura, il-prezzijiet tad-djar u l-kiri li qed jiżdiedu u n-nuqqas ta’ ħaddiema speċjalizzati f’ċertu setturi.

L-IMF jgħid li l-Gvern għandu jagħti attenzjoni partikolari lejn riskji fiskali u għalhekk għandu jissalvagwardja l-istabbilità finanzjarja u jara li ma jinħolqux żbilanċi fis-suq tal-propjetà.

Ir-rapport iżda jikkonkludi li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jkompli, speċjalment bi tkabbir reali tal-Prodott Gross Domestiku li huwa pproġettat li jlaħħaq il-5.8% din is-sena u 5.1% is-sena d-dieħla.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali jagħmel referenza għall-isfida tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju filwaqt li jisħaq fuq aktar salvagwardji għall-integrità tas-settur, bl-implimentazzjoni tar-raba direttiva Ewropea kontra l-ħasil tal-flus (AMLD).

More in Politika