Il-PN u l-AD jaqblu li jeħtieġ skambju kontinwu bejn il-partiti

Delia u Cacopardo sostnew li dan huwa żmien kritiku għar-reputazzjoni ta' Malta 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna li l-partiti politiċi għandhom l-obbligu li jaħdmu flimkien fl-interess ta’ Malta.

Delia qal dan waqt laqgħa ma’ delegazzjoni tal-Alternattiva Demokratika mmexxija minn Carmel Cacopardo.

Adrian Delia qal li dan huwa mument kritiku u aktar minn qatt qabel, il-partiti politiċi għandhom iħabbtu l-ideat għall-ġid tan-nies.

Qal li bid-differenzi bejniethom, il-partiti politiċi jistgħu jirrappreżentaw id-diversità sħiħa tal-poplu.

Min-naħa tegħu iċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li bħalissa pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni li tirrekjedi skambju kontinwu bejn il-partiti politiċi.

Qal li hawn klima li qed tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta. Sostna wkoll li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna qiegħdin jiddgħajfu.

Carmel Cacopardo sostna li issa sar urġenti li titlaqqa’ il-Konvenzjoni għar-riforma fil-Kostituzzjoni.

More in Politika