80,000 persuna jieħdu t-tilqima tal-influwenza

  • Mill-ġimgħa d-dieħla jkomplu jingħataw aktar
  • Għal din is-sena ġew ordnati 100,000 vaċċin 

Minn Ottubru, aktar minn 80,000 persuna ħadu t-tilqima tal-influwenza mill-isptar Mater Dei u miċ-ċentri tas-saħħa.

Għal din is-sena, id-Dipartiment tas-Saħħa ordna 20,000 tilqima aktar mis-snin ta’ qabel u b’hekk għal din is-sena ġew ordnati 100,000 vaċċin.

Min-nhar it-Tnejn li ġej se jibdew jitqassmu t-tieni kunsinna tal-vaċċin, li tingħata bla ħlas.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li milli qed jidher f’pajjiżi barranin bħall-Awstralja u New Zealand, l-influwenza se tkun waħda kiefra.

Qal li l-fatt li bosta persuni tlaqqmu jfisser li huma konxji u qed jieħdu l-passi meħtieġa biex jipproteġu lilhom infushom u l-familji tagħhom.

More in Politika