Filmat | Il-POU tikkundanna insulti lejn il-Kummissarju u l-Korp

Il-unjin tgħid li filwaqt li l-maġġoranza kellhom intenzjoni tajba, minoranza ħasset li kellha tinsulenta lill-Kummissarju

Ritratt | Maltatoday
Ritratt | Maltatoday

Il-Unjin tal-Pulizija (POU) fi stqarrija tagħmel referenza għall-protesta li saret ilbieraħ filgħaxija quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Matul din il-protesta, id-dimostranti bdew jgħajjtu fost l-oħrajn għar-riżenja tal-Kummissarju Lawrence Cutajar.

 

Il-POU qed issostni li filwaqt li l-maġġoranza assoluta ta’ dawk li ħadu sehem f’din id-dimostrazzjoni kellhom intenzjoni tajba, minoranza tal-folla ħasset li kellha tinsulenta u toffendi lill-Kummissarju tal-Pulizija.

Il-Unjin qalet li evidenti li dak li ġara lbieraħ quddiem il-Kwartieri tal-Pulizija kienet provokazzjoni lejn il-membri tal-Korp u mhux manifestazzjoni sabiex titwettaq ġustizzja mal-vittma.

Il-POU qed tikkundanna dan l-aġir, li ddeskrivietu bħala provokazzjoni, filwaqt li turi solidarjetà mal-Kummissarju Cutajar, il-familja tiegħu u l-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija li skont il-unjin ħassewhom insultati u mweġġgħa b’dan l-atteġjament.

Il-POU qalet li minkejja xi nuqqasijiet li l-Korp jista’ u seta’ kellu, il-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti japprezza il-ħidma tal-Pulizija. I

l-unjin għalhekk qed tħeġġeġ lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija biex bl-ebda mod ma jaqgħu għal xi forma ta’ provokazzjoni u jibqgħu jagħmlu d-doveri tagħhom b’onestà.

More in Politika