Vġili fi Brussell b'tifkira ta' Caruana Galizia

Il-kommemorazzjoni kienet waħda silenzjuża u tpoġġew ix-xemgħat. 

Fi Brussell saret kommemorazzjoni wara l-qtil u b’tifkira tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Preżenti kien hemm il-Kummissarji Ewropej Karmenu Vella, Timmermans, Ansip u Gabriel kif ukoll l-Ambaxxatur Ray Azzopardi u r-Rappreżentanti Permanenti Marlene Bonnici.

Għal din il-kommemorazzjoni kien hemm l-MEPs Maltin David Casa, Roberta Metsola, Francis Zammit Dimech u Miriam Dalli, ġurnalisti internazzjonali u ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Il-kommemorazzjoni kienet waħda silenzjuża u tpoġġew ix-xemgħat. 

More in Politika