Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

L-għalliema lesti għal azzjoni wara li ġew offiżi mill-Ministeru

L-MUT qed tgħid li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ma jafx x'inhu jiġri 

Jesmar Baldacchino / 12 t'Ottubru 2017 14:20
Il-membri tal-MUT qed iħossuhom insultati wara l-imejl li ħarġet mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li tistaqsi lill-istudenti Universitarji biex jaħdmu numru ta’ sigħat partajm u jgħallmu għadd ta’ suġġetti.

L-MUT qed tagħmilha ċara li jekk il-proposti għal ftehim settorjali ġdid min-naħa tal-Gvern ma jkunux sodisfaċjenti, tinsab lesta li tieħu azzjonijiet industrjali, speċjalment jekk il-Ministeru għall-Edukazzjoni mhux se jindirizza n-nuqqas tal-għalliema bis-serjetà.

Il-unjin qalet li l-membri tagħha jinsabu offiżi b’miżura bħal din wara s-snin kollha li l-għalliema għamlu jistudjaw biex jiggradwaw u jilħqu l-kwalifiki meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu bħala għalliema.

L-MUT fi stqarrija qalet li l-Ministeru tal-Edukazzjoni qed ikompli jagħti bil-ħarta lill-edukaturi għaliex filwaqt li kkonferma li talab li tintbagħat din l-imejl, qed jgħid li huma biss erba’ postijiet fulltajm u erba’ postijiet partajm fejn hemm in-nuqqas tal-għalliema. 

Dan meta għadd ta’ edukati reġgħu ntbagħtu lura fil-klassijiet u għalliema ġew sfurzati jgħallmu suġġetti diversi fi skejjel differenti.

Il-unjin qed tisħaq li l-Ministeru ma jafx x’inhu jiġri u dan fid-dawl li n-numru tal-gradwati qed jonqos kull sena.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook