Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

79,600 multa minn speed cameras

Fit-toroq Maltin hawn madwar 21 speed camera installata 

Liam Carter / 11 t'Ottubru 2017 14:50
Minn Ġunju tal-2016 sa Lulju ta’ 2017, il-LESA, l-aġenzija responsabbli mill-infurzar lokali, ħarġet 79,608 avviż ta’ kontravenzzjoni minħabba ksur fil-limitu ta’ veloċità permessa’ f’żoni mħarsa b’speed cameras.

Attwalment fit-toroq Maltin, madwar 21 speed camera jinsabu installati, b’dik ta’ Triq in-Nutar, Ħ’Attard tkun l-aktar waħda li kkaġunat multi għas-sewwieqa, hekk kif 12,265 multa ħarġu mil-LESA  wara ksur fil-limitu tal-veloċità permessa f’din iż-żona.

Dan żvelah il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici f’risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamel il-membru parlamentari Hermann Schiavone.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook