Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Baġit | 90,000 pensjonant b'żieda ta' €8.66 fil-pensjoni fix-xahar

Żieda ta' €200 fil-Pensjoni tas-Servizz...jogħla l-massimu taxxabbli għall-pensjonanti u 9,000 pensjonant ikomplu jirċievu ħlasijiet għal anomaliji li nħolqu matul is-snin

Albert Gauci Cunningham / 9 t'Ottubru 2017 19:01
Żieda fil-pensjoni u aktar ħlasijiet lil dawk li sofrew minħabba anomaliji
Fil-Baġit il-Ministru għall-Finanzi ħabbar illi l-pensjonanti se jkunu qed jingħataw żieda ta' €2 fil-ġimgħa jew inkella €8.66 fix-xahar. din iż-żieda tiġi lilhinn miż-żieda fil-COLA, jew iż-żieda ta' kull sena li tammonta għal €1.75 fil-ġimgħa. 

Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar illi l-Gvern se jkun qed jgħolli l-massimu tad-dħul taxxabbli għal €13,200. Dan apparti li l-Gvern, kif kien diġa wiegħed, se joħloq fond biex minnu jitħallsu l-anomaliji li nħolqu tul is-snin. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar illi l-Gvern se jkun qed jagħmel bi €11-il miljun f'dfawn il-ħlasijiet lil madwar 9,000 pensjonant. Fost dawn hemm ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Korpi fis-snin 70, pulizia u ħaddiema tal-eks Malta Electricity Board

4,500 pensjonant se jaraw żidiet ta €200 fil-pensjoni tas-servizz. Dan filwaqt li l-Gvern se jkompli jagħti l-għotja ta'  €300 lil kull pensjonant/a ta' 75 sena u aktar. 

 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook