Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Baġit | Żieda ta €3 fil-ġimgħa għal min hu bil-paga minima

Dawk li jkunu qed jaqilgħu paga li hija ftit aktar mill-paga minima se jkunu intitolati għal parti miż-żidiet 

Jesmar Baldacchino / 9 t'Ottubru 2017 18:58
Il-ħaddiema li jkunu ilhom sena jaħdmu bil-paga minima se jibdew jingħataw żieda ta’ €3 fil-gimgħa matul it-tieni sena tal-impjieg tagħhom kif ukoll żieda ta’ €3 ohra fil-ġimgħa matul it-tielet sena tal-impjieg.

Dawk il-ħaddiema li jkunu qed jaqilgħu paga li hija ftit aktar mill-paga minima se jkunu intitolati għal parti miż-żidiet fit-tieni u t-tielet sena tal-impjieg.

Dan wara ftehim li ntlaħaq mill-Gvern u l-imsieħba soċjali qabel l-elezzjoni ġenerali u li jistipula wkoll suppliment relatat mal-COLA.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook