Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Baġit | Mill-2018 tiżdied ġurnata leave minn dawk li l-ħaddiem tilef 12-il sena ilu

...minkejja dan għad m'hemmx ftehim konklussiv bejn il-Gvern u min iħaddem dwar din il-wegħda tal-Partit Laburista

Albert Gauci Cunningham / 9 t'Ottubru 2017 18:52
Il-Gvern ħabbar illi se jibda jagħti lura l-vaganzi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa u li nitlfu wara qbil li sar minn Gvern nazzjonalista fi żmien ta' kriżi ekonomika dinjija. Dak iż-żmien il-Gvern kien iddeċieda li  b'liġi ma tibqax tkun applikata dik il-parti tal-ftehim kollettiv jew inkella kuntratt tax-xogħol, li tistipula li festa li taqa' matul tmiem il-ġimgħa tingħata bħala leave f'ġurnata oħra. Din il-miżura kienet tgħodd kemm għall-kuntratti u ftehim kollettiv li kien għad irid ikunu ffirmati u anke dawk li kienu iffirmati diġà. 

Din il-miżura sabet reżistenza qawwija mill-General Workers Union, li bdiet kampanja biex dawn jingħataw lura u kienet saħansitra ressqet ilment formali kontra din il-miżura għand l-International Labour Organisation (ILO). Din l-organizzazzjoni kienet appoġġjat dan l-ilment. 

Intant fil-Baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern ħabbar li mill-2018 se tibda tingħata ġurnata miżjuda f''leave minn dawk li ntilfu. 

Minkejja dan, s'issa għad m'hemmx qbil bejn il-Gvern u l-għaqdiet li jħaddmu. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook