'Ħtieġa li tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' għalliema'

Il-Ministru Evarist Bartolo rrimarka li din il-problema f’pajjiżna mhix kbira bħalma hi f’pajjiżi oħra

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

Il-Gvern se jaħdem fuq korsijiet li għandhom iwasslu biex professjonisti jkunu jistgħu jsiru għalliema.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal dan waqt żjara li għamel fil-Middle School fil-Hamrun.

Bartolo qal li jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tindirizzata l-isfida tan-nuqqas ta’ għalliema, għalkemm irrimarka li din il-problema f’pajjiżna mhix kbira bħalma hi f’pajjiżi oħra.

F’ewwel jum tas-sena skolastika, Evarist Bartolo rringrazzja lill-għalliema u l-edukaturi kollha hekk kif aktar minn 56,000 student u studenta rritornaw lura wara l-bankijiet tal-iskola.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni qal li l-Gvern se jibqa’ għaddej bit-taħdidiet mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-MUT biex jinstab ftehim għall-ftehim kollettiv ġdid għall-għalliema.

More in Politika